Dwar il-websajt tal-Istorja
 
(IT-TIM TAL-WEBSAJT - mix-xellug għal-leminJesmond Grech, George Calleja, Winston Zammit u Raymond Spiteri - it-tim li flimkien ma' Tony Pace ikkoordinaw u ħadmu fuq din il-websajt tal-Istorja għall-benefiċċju tal-għalliema u l-istudenti tal-Istorja; it-tim jidher waqt żjara fil-Kastell Sant' Anġlu organizzata mis-Sur George Calleja bħala parti minn programm ta' taħriġ għall-Kapijiet tad-Dipartiment fl-Istorja)
 

Din il-websjat hija frott il-ħidma ta' bosta persuni - hija prinċipalment frott il-ħidma koordinata bejn il-Kapijiet tad-Dipartiment fl-Istorja (HODs) li taħt id-direzzjoni tal-Uffiċjal Edukattiv Prinċipali is-Sur George Calleja ħadmu fuq dan il-proġett għal diversi snin.

Bosta għalliema u studenti ipprovdew riżorsi oħra biex illum din il-websajt tkopri s-sillabi kwżi kollha mill-Form1 sal Form 5.

Mis-sena 2009 inbeda proġett biex din il-websajt tkun estiża għall-iskejjel primarji wkoll.

Nittamaw li nibqgħu nkunu utli għall-għalliema, l-istudenti, kif ukoll il-poplu in-ġenerali li jinteressa ruħu fil-'memorji' ta' pajjiżna.   

 
  • George Calleja  - Uffiċjal  Edukattiv Prinċipali u Uffiċjal Edukattiv għat-tagħlim tal-Istorja
  • Tony Pace -  Uffiċjal Edukattiv għall-Primarji
  • Winston Zammit -  Kap ta' Dipartiment fl-Istorja
  • Raymond Spiteru - Kap ta' Dipartiment fl-Istorja
  • Jesmond Grech - Kap ta' Dipartiment fl-Istorja